Sunday, November 24, 2024

Sir Martin Broughton konkorrent biex jixtri lil Chelsea

Aqra wkoll

L-ex chairman ta’ Liverpool, Sir Martin Broughton, qed jitqies bħala konkorrent biex jixtri lil Chelsea.

Il-Blues dalwaqt se jkunu f’idejn ġodda qabel it-tluq ta’ Roman Abramovich, għalkemm il-bejgħ tal-club twaqqaf fost sanzjonijiet kontra l-oligarka Russu.

In-negozjant Ingliż Nick Candy issa huwa meqjus bħala wieħed mill-favoriti li jieħu f’idejh il-club minn Stamford Bridge, filwaqt li s-sid ta’ New York Jets Woody Johnson ukoll ġie marbut mar-rwol.

Issa, huwa mifhum l-ex chairman tal-British Airways Broughton qed iħejji offerta, bl-anzjan ta’ 74 sena huwa partitarju ‘akkanit’ taċ-champions Ewropej u mondjali.

Broughton kien chairman ta’ Liverpool għal żmien qasir fl-2010 biex jissorvelja l-bejgħ tal-club lil Fenway Sports Group, li għamel taħt is-superviżjoni tal-Gvern tal-Ingilterra.

Chelsea kisbu rebħiet konsekuttivi fuq Norwich City u Newcastle United wara s-sanzjonijiet kontra Abramovich u għada l-Erbgħa għandhom jilqgħu lil Lille fit-tieni leg tal-partita tar-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League tagħhom.

Sport