Sirens huma ċ-champions tal-waterpolo tan-nisa meta fl-aħħar logħba tal-istaġun huma għelbu lil Sliema 12-7 wara li ż-żewġ timijiet kellhom punti ndaqs f’ras il-klassifika.
B’hekk huma pattew għad-diżappunt tan-Knock-Out meta l-istess Sliema kienu għelbuhom fil-finali bl-iskor ta’ 10-8.
B’din ir-rebħ, it-team minn San Pawl il-Baħar rebaħ l-ewwel unur tiegħu mindu reġa’ twaqqaf.
Wara l-logħba, Charles Azzopardi, CSR Eżekuttiv u Komunikazzjoni tal-Bank of Valletta, u Carlo Mifsud, viċi-president tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta, ippreżentaw il-midalji u t-trofew lit-tfajliet ta’ Sirens li ġew inkurunat champions.