Saturday, December 21, 2024

Sirens idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Sirens …………..3

Birkirkara …….2

Sirens skorjaw tliet goals fit-tieni taqsima biex dawru żvantaġġ ta’ żewġ goals u għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-2 anke jekk spiċċaw jilagħbu b’disa’ players.

Birkirkara, li riedu rebħa biex iżommu l-pass ma’ Hibernians, wara biss sitt minuti, marru viċin li jiftħu l-iskor meta Jeferson Macedo bidel il-ballun ma’ Federico Falcone wara throw-in bl-attakkant Brażiljan ifalli l-mira bi ftit.

Iżda fit-13-il minuta huma marru fil-vantaġġ meta ngħa­taw penalty wara li Luke Montebello ġie mbuttat minn Zammit Lonardelli u l-istess player ma żbaljax.

Tliet minuti wara, Sirens irrispondew bi free-kick mill-isbaħ ta’ Fernando Brandan li ra lill-goalkeeper Karkariż, Daniel Fernandes idawwar f’corner.

Man-nofs siegħa logħob, Vieira kellu tentattiv imblukkat minn Fernandes bil-ballun jasal għand Brandan li minn barra l-kaxxa kkonkluda ftit barra.

Iżda sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Birkirkara rduppjaw hekk kif Jeferson Macedo avvanza u għadda l-ballun lejn Paul Mbong fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan ta’ l-aħħar, LUKE MONTEBELLO spara fis-saqaf tax-xibka.

Fit-53 minuta, Sirens naqqsu d-distakk hekk kif Fernando Brandan u qassam lejn VITOR VIEIRA li spara l-ballun ġewwa fuq l-ewwel lasta.

Fit-72 minuta, il-Pawlini kisbu d-draw meta f’kontrattakk veloċi Kemar Reid avvanza iżda ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Cain Attard biex mill-11-il metru FERNANDO BRANDAN ma żbaljax.

Żewġ minuti wara, Sirens  skorjaw il-goal tar-reb­ħa minn rebound ta’ KEMAR REID wara li l-ewwel tentattiv tiegħu ġie milqugħ parzjalment minn Daniel Fernandes.

Għaxar minuti mit-tmiem seħħ incident kurjuż hekk kif kienu se jsiru żewġ sositutuzzjonijiet għal Sirens b’ Degran Jackson ma joħroġx mill-pitch mill-ewwel u jirċievi t-tieni karta safra u b’hekk jitkeċċa.

Fid-89 minuta kien imiss lil Kemar Reid li jirċievi t-tieni karta safra għal foul u b’hekk safa wkoll mkeċċi.

SIRENS: 13-Sean Mintoff, 9-Kemar Reid, 10-Fernando Brandan, 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Wal­ker, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alexander Cini, 30-Carlos Riascos (23-Francis William Avoce 68), 31-Degran Jackson, 33-Vitor Vieira (18-Conor Borg 80)  – Coach: Winston Muscat

BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni (30-Kilian Bevis 85), 10-Paul Mbong (6-Yannick Yankam 85), 11-Kurt Zammit, 20-Fe­derico Falcone, 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello (2-Enzo Ruiz 46), 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo.  – Coach: Andre Paus

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: L. Montebello 13 pen, 39 (B); V. Viera 53, F. Brandan 74 pen, K. Reid 76

AMMONITI: O. Carniello, L. Aguirre, D. Fernandes (B); D. Jackson, K. Reid (S)

TKEĊĊEW: D. Jackson 80, K. Reid 89 (S)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Luke Montebello (Birkirkara)

Ekonomija

Sport