Friday, November 15, 2024

Sirens jaħsdu lil Birkirkara b’rebħa minima

Aqra wkoll

Sirens…………………1

Birkirkara……………0

Sirens ħasdu lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0, b’din tkun ir-raba’ rebħa għalihom fl-aħħar ħames logħbiet u t-tielet telfa għal Birkirkara matul dan l-istaġun.

Kienu Birkirkara li ħoqlu l-ewwel periklu fit-tieni minuta meta Paul Mbong għadda tajjeb lejn Kevin Tulimieri li kellu x-xutt tieghu mdawwar f’corner mill-goalker ta’ Sirens, Matthew Grech.

Sirens wiegbu fl-24 minuta permezz ta’ xutt ta’ Ivan Kolev li ġie salvat f’corner mill-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Nava. 

It-team minn San Pawil il-Baħar immexxi mill-coach Winston Muscat fetaħ l-iskor fis-36 minuta liema goal kellu jkun dak tar-rebħa permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ MARCELO PEREIRA MUNIZ, li ma ta l-ebda ċans lil Giacomo Nava.

Birkirkara kellhom lill-coach Taljan Giovanni Tedesco mkeċċi fis-60 minuta wara li l-ewwel intwera l-karta safra mir-referee Eman Grech, imbagħad spiċċa biex tkeċċa wara xi rimarki li għadda fil-konfront tar-raba’ uffiċjal, Fyodor Zammit.

Sirens kważi rduppjaw l-iskor żewġ minuti biss wara, meta minn azzjoni Rei Tachikawa kellu xutt insidjuż li stampa mal-wieqfa. 

Fis-86 minuta, Kei Sano dejjem għat-team minn San Pawl il-Baħar, temm azjoni personali b’xutt li ntemm barra.

Sirens: 24-Matthew Grech, 22-Alex Cini, 17–Jacob Walker, 30–Gabriel Ventura, 3-Gary Camilleri, 6-Marcelo, 21-Armah Vaikanah, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa (15-Adrian Borg 83), 25-Paulo Vyctor (38-Stephane Sessegnon 89), 27-Ivan Kolev (31-Degran Jackson 69) Coach: Winston Muscat 

Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 2-Osvaldo Iorio (6-Diego Dall’Oca 62), 22-Cain Attard, 5-Enrico Pepe, 72-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo (77-Denis Ribeiro 62), 8-Yannick Yankam, 7-Lecào (23-Jean Paul Farrugia 76), 10-Paul Mbong, 92-Kevin Tulimieri, 30-Enzo Cabrera Coach: Giovanni Tedesco

Referee: Emanuel Grech

Ass. Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit

Skorers: M. Pereira Muniz 36 (S)

Ammoniti: M. Pereira Muniz, A. Vaikanah, G. Ventura, D. Jackson (S), G. Nava, O. Iorio, S. Zibo, A. Coppola, K. Tulimieri, D. Pires Dall’Oca (B)

Player tal-Logħba: Gabriel Ventura (S)

Ekonomija

Sport