Wednesday, December 25, 2024

Sirens jiffinalizzaw l-akkwisti tal-goalkeeper Andrea Cassar u l-attakkant Kanadiż David Promise

Aqra wkoll

Sirens iffinalizzaw l-akkwisti tal-goalkeeper Andrea Cassar u l-attakkant Kanadiż David Promise.

Il-club tal-Premier League ilu jaħdem bis-sħiħ matul dawn l-aħħar ġimgħat biex isaħħaħ l-iskwadra tiegħu qabel il-bidu tal-istaġun il-ġdid.

Il-club minn San Pawl il-Baħar kien ilu diversi ġimgħat f’taħditiet ma’ Cassar u kien diġà ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

Madankollu, it-trasferiment kien imwaqqaf minn xi kwistjonijiet li l-plejer kellu mal-ex club tiegħu Marsa li issa ġew solvuti.

“Ir-rekord ta’ Andrea jitkellem waħdu, wara erba’ staġuni jiddefendi l-lasti ta’ Tarxien Rainbows, Andrea ingħaqad ma’ Floriana FC fejn kien parti mit-team li rebaħ il-kampjonat,” qalu Sirens fi stqarrija.

Cassar iġib miegħu esperjenza mill-aqwa hekk kif il-goalkepeer kien fuq il-kotba ta’ Hamrun Spartans, Pembroke Athleta, Tarxien Rainbows, Floriana u Marsa.

Min-naħa l-oħra, Sirens saħħew l-attakk tagħhom bl-akkwist ta’ Promise.

L-attakkant Kanadiż kiseb prominenza fl-istaġun li għadda ma’ Valletta FC hekk kif minn meta ddebutta mat-team tal-kbar tal-club mill-kapitali huwa stabbilixxa lilu nnifsu bħala s-sors ewlieni tagħhom ta’ goals biex għen lill-club jasal sal-finali tal-FA Trophy.

Ekonomija

Sport