Sunday, December 22, 2024

Sirens jiksbu t-tielet rebħa tal-istaġun … tasal il-11-il telfa għal Pietá H.

Aqra wkoll

Pietá H……………..0

Sirens……………….1

Sirens kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Pietá Hotspurs, b’din tkun it-tielet rebħa staġjonali għalihom waqt li fissret ukoll il-11-il telfa għall-Hotspurs matul l-istaġun.

Kienu l-Hotsosrs li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, kien Takuma Yamaguchi kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-34 minuta, xutt ta’ Yuto Morita għadda ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Pietá komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fis-47 minuta Alan David Schembri Wismayer sab lil Grech attent, biex l-istess goalkeeper ta’ Sirens reġa’ kien prvaaali gaht-team minn San Pawl il-bahar met fit-53 minuta salva tajjeb xutt ta’ Yamaguchi.

Madankollu, kontra x-xejra tal-logħob, kienu Sirens li fetħu l-iskor fis-57 minuta, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa, meta wara li rċieva minn freekick, IVAN KOLEV, peremzz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.

Pietá H.: 12-Sunday Dele Alampasu, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Ojo Temitope, 6-Daniel Zerafa, 10-Paul Lapira (7-Kian Leonardi 61), 11-Alan David Schembri Wismayer (9-Latif Amadu 83), 19-Yuto Morita (17-Sekou Camara 70), 22-Zean Leonardi, 24-Atanda Ogungbe, 33-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja

Sirens: 24-Matthew Grech, 3-Gary Camilleri, 4-Weder Da Silva Soares, 6-Marcelo Pereira Muniz, 7-Kei Sano (26-Siraj Eddin Arab 88), 17-Jacob Walker, 21-Ayou Vaikanah, 22-Alexander Cini, 25-Paulo Bento (31-Degran Jackson 78), 27-Ivan Kolev (David Promise 90), 38-Stephane Sessegnon (15-Adrian Borg 88) Coach: Winston Muscat

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Alan Camilleri, Shaun Calleja 

Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha

Skorers: I. Kolev 57 (S)

Ammoniti: D. Zerafa, P. Lapira, Z. Leonardi (P), A. Cini, P. Bento, S. Sessegnon (S) 

Player tal-Logħba: Matthew Grech (S)

Ekonomija

Sport