It-tim tan-nisa tal-waterpolo ta’ Sirens huma ċ-Champions tal-kampjonat BOV Waterpolo għall-2024.
Sirens aċċertaw ruħhom mit-titlu billi għelbu lill-eqreb rivali Sliema fl-aħħar logħba tal-istaġun, u permezz ta’ din ir-rebħa kisbu distakk ta’ 6 punti bi Sliema jibqagħlhom logħba waħda biss x’tintlagħab.
B’din ir-rebħa tar-raba’ kampjonat konsekuttiv, Sirens stabbilixxew ruħhom bħala l-aktar tim dominanti fid-diviżjoni tal-Water Polo tan-Nisa tal-BOV f’dawn l-aħħar snin, fejn rebħu wkoll il-kampjonat BOV tax-xitwa għal dawn l-aħħar 3 snin konsekuttivi.
Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Randolph Cauchi, Viċi-President tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-Trofew tal-Kampjonat tan-Nisa tal-Water Polo BOV liċ-Champions.
Il-Bank of Valletta huwa sostenitur fit-tul tal-Assoċjazzjoni tal-iSport Akkwatiku ta’ Malta f’konformità mal-impenn tiegħu lejn il-benessri tal-Komunità li ilu jopera fiha għal dawn l-aħħar 50 sena.