Sirens………………….27
Barracudas……………7
(5-1, 7-2, 7-1, 8-3)
Kienet donna sessjoni ta’ taħriġ għal Sirens liema logħba rathom jegħlbu lil Barracudas bl-iskor kbir ta’ 27-7.
Sirens għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita fejn rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, b’goals minn Matthew Sciberras (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Ivan Gusarov, Matthias Azzopardi, Gianni Farrugia u Matthias Pasztor. L-uniku goal għal Barracudas wasal minn Ivan Gusarov.
Sirens rebħu t-tieni sessjoni bl-isor ta’ 7-2, bl-iskorers ikunu Matthias Pasztor, Pietro Figlioli, Matthew Chircop, Gabriel Sammut, Paul Serracino, Jake Cachia u Matthew Chircop. Radovan Latinovic Ivan Gusarov skorjaw iż-żewġ goals għal Barracudas.
It-team minn San Pawl il-Baħar kompla jiddomina bis-sħiħ u rebaħ it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 7-1, bil-protagonisti jkunu Matthias Pasztor, Jake Cachia (2), Mikhael Cutajar, Jerome Zerafa Gregory, Ken Erdogan minn penalty u Matthew Bonello Dupuis. Is-solitu Ivan Gusarov skorja l-uniku goal għal Barracudas.
Sirens rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 8-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jake Cachia (2), Paul Serracino, Ken Erdogan (3) u Matthew Chircop (2). Ivan Gusarov u Radovan Latinovic (2) wieġbu għal Barracudas.
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino (2), 3-Ken Erdogan (4), 4-Pietro Figlioli (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop (4), 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar (1), 10-Matthias Pasztor (3), 11-Matthew Sciberras (2), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis (1), 14-Jake Cahia (5), 15-Gabriel Sammut (4) Coach: Marko Orlovic
Barracudas: 1-Isaac Schembri, 2-Paul Caruana Turner, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar, 6-Ryan Sciortino, 7-Ivan Gusarov (4), 8-Radovan Latinovic (3), 9-Lucas Roding Paris, 10-Simon Apap, 11-Aleandro Mifsud, 12-T. J. Mifsud, 13-Max Borg, 14-Stefano Debono Grech, 15-William Ruggier Coach: Keith Grima Scott
Referees: Peter Balzan, Andrea Baretta