Friday, November 15, 2024

Sirens jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals

Aqra wkoll

Sirens………………….3

Valletta………………..3

F’partita pjaċevoli li pproduċiet xejn inqas minn sitt goals, Valletta sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 3-3 minn Sirens.

Valletta fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu wara biss tliet minuti meta ż-żagħżugħ SHAUN DIMECH venven xutt b’saħħtu li għeleb gaħl kollox lill-goalkeper ta’ Sirens, Matthew Grech.

Sirens wieġbu fis-16-il minuta, b’xutt ta’ Ayo Vaikanah li ġie salvat mill-goalkeeper żagħżugħ tal-Beltin, Cain Formosa, li f’din il-partita kien qed jiehu post il-goalkeer titolari Taljan, Alessandro Guarnone.

Huam komplew fuq l-offensiva u fis-27 minuta, Paulo Bento kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ntemm barra.

Valletta reġgħu ħolqu l-periklu fit-32 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Kilian Bevis li ntemm ftit barra. Dan sabiex minuta biss wara, xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Paulo Bento għat-tim minn San Pawl il-Baħar intemm ftit għoli.

It-team mill-kapitali rdoppja l-iskor fid-39 minuta, meta KILIAN BEVIS kellu xutt fil-baxx minn qagħda ideali li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta laqtu l-wieqfa b’xutt ta’ Paulo Bento. Huma komplew jippressaw u minuta biss wara, rebħu penalty meta d-difensur Joseph Willy waqqa’ lil Vaikanagh fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkarga ruhu PAULO BENTO li ma zbaljax.

Valletta skorjaw it-tielet gowl meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, l-Arġentin FEDERICO FALCONE permezz ta’ xutt mill-ewwel ħasad għal kollox lil Grech.

Sirens reġgħu naqqsu l-marġni tal-iskor fis-67 minuta meta Paulo Bento għadda tajjeb lejn KEI SANO li tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Fis-87 minuta, Sirens rebħu t-tieni penalty fil-partita meta s-sostitut Christian Gauci mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru  reġa’ nkariga ruħu PAULO BENTO li tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali minn żewġ penalties.

Sirens: 24-Matthew Grech, 6-Marcelo Perreira, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa (77-Siraj Eddin Arab 84), 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Ayou Vaikanah (23-Ricardo Calixto Correa Duarte 64), 22-Alex Cini, 25-Paulo Bento, 31-Degran Jackson (27-Ivan Vaselinov Kolev 46), 38-Stephane Sessegnon Coach: Winston Muscat

Valletta: 99-Cain Formosa, 3-Enzo Ruiz, 9-Andrea Zammit (14-Christian Gauci 84), 10-Shaun Dimech, 20-Federico Falcone (8-Triston Caruana 73), 21-Bradley Kamdem, 22-Brandon Paiber (91-William W. Jebor 73), 28-Jean Marie Ngong, 66-Eslit Sala, 80-Joseph Willy, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Paul Apap, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit

Skorers: S. Dimech 3, K. Bevis 38, F. Falcone 54 (V), P. Bento pen. 48, pen. 89, K. Sano 68 (S)

Ammoniti: B. Paiber, C. Gauci (V)

Player tal-Logħba: Paulo Bento (S)

Ekonomija

Sport