Thursday, October 17, 2024

Sirens jitilgħu fis-sitt post tal-klassifika

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mosta …………2

Sirens ………..3

Sirens għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-2 biex filwaqt li huma telgħu fis-sitt post tal-klassifika, ħallew lill-Mostin f’baħar ta’ nkwiet tar-relegazzjoni. 

Sirens fetħu tajjeb u wara biss seba’ minuti huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ DEGRAN JACKSON li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Christoffer Mafoumbi jsalva.

Mosta wieġbu fl-34 minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Tyrone Farrugia kważi ħasad lill-goalkeeper Jonathan Debono iżda dawwar f’corner.

Huma komplew jippressaw għall-goal tad-draw u fis-37 minuta, Johnson Nsumoh venven xutt mill-viċin li Debono dawwar f’corner b’mod spettakolari.

Madankollu, kien it-team minn San Pawl il-Baħar li rdoppja l-iskor fit-42 minuta meta Jackson għadda tajjeb lejn Kemar Reid li min-naħa tiegħu xeħet cross fil-baxx u VITOR VIEIRA minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Fit-tieni taqsima, Sirens komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ … iżda kontra x-xejra tal-logħob, Mosta, rebħu penalty fis-57 minuta meta Debono waqqa’ lil William Donkin.

Mill-11-il metru CLAYTON FAILLA ma żbaljax hekk kif spara l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fit-78 minuta l-Mostin kisbu d-draw meta SUNDAY AKINBULE qabeż lil Debono u tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

Iżda huma bilkemm kel­lhom ċans jifirħu għal dan il-goal hekk kif fit-82 minuta Sirens rebħu penalty meta Christoffer Mafoumbi waqqa’ lil Alfred Effiong fil-kaxxa.

Mill-11-il metru nkariga ruħu KEMAR REID li għeleb lil Mafoumbi biex ta tliet punti mill-aktar importanti lill-Pawlini.

MOSTA: 37-Christoffer Mafoumbi, 6-Roderick Briffa (9-Michael Mifsud 73), 7-William Donkin, 13-Clayton Failla, 14-Johnson Nsumoh (11-Duane Bonnici 65), 19-Johann Bezzina, 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric (90-Rodriguez Ekani 65), 30-Luis Riascos, 34-Rafael Morisco, 88-Sunday Akinbule   – Coach: Joseph Grech

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 2-Antonio Blanco, 8-Rei Tachikawa, 9-Kemar Reid, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Wal­ker, 18-Conor Borg (23-Francis William Avoce 92), 22-Alex Cini, 30-Carlos Riascos, 31-Degran Jackson (Bogdan Gavrila 89), 33-Vitor Vieira (11-Alfred Effiong 57) – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: D. Jackson 7, V. Vieira 42, K. Reid pen. 82 (S), C. Failla 57 pen, S. Akinbule 78 (M)

AMMONITI: T. Farrugia, I. Doric, R. Briffa, C. Mafoumbi (M), D. Jackson (S)

Sport