Sirjan indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’argument li seħħ bejn erba’ persuni fi Triq il-Port Marsalforn Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien qam argument bejn erba’ persuni; Pollakka ta’ 25 sena, Pollakk ta’ 29 sena u żewġ Sirjani ta’ 23 u 26 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi ħaduhom l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, is-Sirjan ta’ 23 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-oħrajn ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.