Tuesday, December 24, 2024

Sirjan jammetti li xerred materjal estremista fuq Instagram

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 23 sena, li ismu ma jistax jixandar fuq ordni tal-Qorti, ammetta akkużi b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal estremista fuq l-internet.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, fetħet b’urġenza sabiex tisma’ dan il-każ, bil-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jean Paul Attard, spjegat kif il-Pulizija bdiet b’sorveljanza fuqu f’Settembru tas-sena l-oħra.

L-Ispettur qal fil-Qorti li kif huwa beda jxerred materjal estremista fuq Instagram. Materjal li beda jiżdied minn Diċembru, fejn saħansitra, l-akkużat tella’ ritratt b’xabla imdaqsa f’idu.

L-Ispettur qal li wara dan inħareġ mandat ta’ arrest fuq is-Sirjan.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija mexxew operazzjoni fil-Marsa li kienet immexxija mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu u bl-għajnuna mill-Ispecial Intervention Unit.

Hekk kif is-Sirjan induna bil-preżenza tal-Pulizija, tela’ fuq il-belt u qabeż madwar żewġ sulari sabiex jaħrab, madankollu huwa kien arrestat mill-ewwel. Minn hemm is-Sirjan inżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana.

Is-sentenza se tkun qed tingħata fil-ġimgħat li ġejjin

Sadanittan, fl-istess operazzjoni l-Pulizija għamlet tfittxijiet b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari u rriżulta li disa’ rġiel oħra kienu qegħdin jrrisjedu f’Malta b’mod irregolari.

L-irġiel ta’ nazzjonalità Sirjana ttieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni, u se jkunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.

Aktar kmieni: Sirjan arrestat b’rabta ma tixrid ta’ materjal estremist u mal-immigrazzjoni rregolari

Persuna suspettata li allegatament kienet qiegħda xxerred materjal estremista fuq l-internet, ġiet arrestata wara jiem ta’ sorveljanza waqt operazzjoni li seħħet fil-Marsa.

F’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, kmieni l-Ħamis filgħodu, l-Pulizija ċċirkondat residenza fejn kien qiegħed joqgħod l-allegat suspettat, raġel ta’ 23 sena ta’ nazzjonalita’ Sirjana.

Malli nduna bil-preżenza tal-Pulizija, huwa tela’ fuq il-bejt u qabeż madwar żewġ sulari sabiex jaħrab, madankollu huwa kien arrestat mill-ewwel.

Ir-raġel, li qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana, mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej, quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D.

Fl-istess operazzjoni, l-Pulizija għamlet tfittxijiet b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari u rriżulta li disa’ rġiel oħra kienu qegħdin jrrisjedu f’Malta b’mod irregolari. L-irġiel ta’ nazzjonalità Sirjana ttieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni, u se jkunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.

Ekonomija

Sport