Sirjan ta’ 34 sena tressaq il-Qorti mixli li ħebb għall-mara u binha waqt argument bejniethom.
Il-Posekuzzjoni qalet li l-koppja tlewmet meta l-akkużat qallha li ma kienx affariha, u taha daqqa ta’ ħarta.
L-akkużat li qal li jaħdem bħala xufier ta’ taxi, wieġeb li mhux ħati għall-akkużi.
Il-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, partikolarment minħabba l-livell baxx ta’ periklu assoċjat mar-riskju, ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara u t-tfal tagħha bl-ordni tinkludi projbizzjoni kompleta fil- komunikazzjoni bejniethom.
L-akkużat li jrid jiffirma wkoll tliet darbiet l-għassa, kien ordnat iħallas ukoll depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €3000