Sunday, November 24, 2024

Sirjan jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu materjal marbut mat-terroriżmu

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 22 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti qed jinżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu materjal marbut mat-terroriżmu.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu permezz ta’ investigazzjoni wasslet għall arrest ta’ raġel li jgħix fl-istess residenza mal-akkużat. Huwa kien akkużat li ffinanzja t-terroriżmu.

Waqt l-arrest tar-raġel, il-Pulizija kkonkludiet li l-akkużat kellu ammont sew ta’ materjal estremist relatat mat-terroriżmu. Ġie spjegat ukoll li minn tfittxija illi saret fir-residenza, instab li l-akkużat kien qiegħed jgħix f’pajjiżna b’mod illegali

Fil-Qorti, l-ġuvni wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża tagħmel talba sabiex issir rikomandazzjoni lil Prinċipal Ewlieni tal-Immigrazzjoni sabiex l-Aġenzija Identità toħroġ reġistrazzjoni temporanja u b’hekk ir-raġel ma jkunx qed jgħix f’Malta b’mod irregolari.

It-talba tad-Difiża ġie oġġezzjonata mill-Proskeuzzjoni, bil-Qorti tgħid li tiċċara li din it-talba tista’ ssir biss fl-istadju tal-kumpilazzjoni tal-provi.

Il-Qorti innutat kif l-avukati difensuri ma għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ u għalhekk dan qed jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport