Żewġ żgħażagħ mis-Sirja, li wieħed minnhom twieled Malta, tpoġġew taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li ammettew li ħebbew għal żewġ żgħażagħ Maltin.
Akil Albako ta’ 22 sena li joqgħod il-Furjana u Omar Suod ta’ 19-il sena li jgħix il-Marsa ammettew li fl-14 ta’ Awwissu li għadda fil-Belt ikkaġuna ferita gravi fuq żewġ żgħażagħ.
Albako waħdu kien mixli li ħebb għal tfajla mentri Suod waħdu ammetta wkoll li saq ettura bla liċenzja.
Minbarra l-probation ta’ sentejn, Suod kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.
L-Ispettur Priscilla Caruana Lee infurmat lill-Maġistrat Josette Demicoli kif il-Pulizija qed tfittex it-tielet persuna li allegatament kienet involuta fil-ġlieda u li wżat sikkina.
Fl-awla ż-żewġ Sirjani kellhom jiddefendihom lill-Avukat Mario Mifsud.