Saturday, September 7, 2024

S’issa ebda xita għal Kunċizzjoni… iżda mill-għada l-affarijiet jinbidlu

Aqra wkoll

Kollox qiegħed jindika li dawk kollha delettanti tal-festa tal-Kunċizzjoni se jkunu jistgħu jgawduha hekk kif il-mapep tat-temp qed jindikaw li mhux se jkollna xita.

Dan kitbu Gordon Grech fuq is-sit tat-tbissir tat-temp tiegħu – L-Aġġornament tat-Temp. Grech kiteb li skont kif qegħdin juruna l-mapep tat-temp kollox qiegħed jindika li firxa ta’ pressjoni baxxa mill-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Ewropa se ġġib magħha temp instabbli mid-9 ta’ Diċembru u dan ifisser li se tirritorna x-xita.

Hu kompla jikteb li l-impatt fil-Mediterran mhix l-ammont ta’ xita prevista, iżda temperatura aktar baxxa milli kellna f’dawn l-aħħar jiem.

Hu jikteb li għalkemm fit-8 ta’ Diċembru mhux imħabbra xita, xorta jagħti parir lil dawk delettanti tal-festa biex iżarmaw it-tiżjin hekk kif tidħol il-purċissjoni minħabba li matul il-lejl tista’ tagħmel ix-xita u dan ikun ifisser ħsara fuq l-armar.

Ekonomija

Sport