Wednesday, December 25, 2024

S’issa jmutu 12-il persuna kawża tal-kesħa fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

Mill-inqas 12-il persuna diġà tilfu ħajjithom minħabba l-kesħa tremenda li qed tagħmel fl-Istati Uniti. Ma’ dawn hemm aktar minn 200 miljuni persuna oħrajn li jinsabu f’riskju kbir.

Hekk kif il-maltempata qalila qed tolqot partijiet mill-Istati Uniti u l-Kanada fl-aktar tmiem il-ġimgħa tajjeb għan-negozju minħabba l-festi tal-Milied, 1.5 miljun persuna spiċċaw bla elettriku fi djarhom u konsegwenza ta’ dan hemm problemi biex isaħħnu l-appartamenti u d-djar fejn jgħixu.

Mijiet kbar ta’ titjiriet kellhom jiġi mħassra filwaqt li mijiet oħrajn qegħdin jaslu jew jitilqu tard mill-ajruporti fl-Istati Uniti.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Temp tal-Istati Uniti fl-aħħar ħin reġa’ ħareġ twissija li s-sitwazzjoni hija waħda perikoluża ħafna, iżda t-twissija tkompli tgħid li t-temp jista’ jmur ħafna aktar għall-agħar.

F’Montana t-temperatura fil-lejl li għadda kienet 45 grad taħt iż-żero. Persuni li tkellmu mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qalu li sitwazzjoni bħal din ftit li xejn jiftakru. Fil-fatt l-Awtoritajiet qed jgħidu li qatt ma kien hemm sitwazzjoni ta’ temp daqshekk perikoluża f’dawn l-aħħar 30 sena.

Ekonomija

Sport