Elezzjoni każwali fit-tielet distrett elettorali biex jimtela l-post ta’ membru parlamentari wara r-riżenja ta’ Silvio (Silvio John) Grixti.
Il-Kummissjoni Elettorali għarrfet lill-pubbliku li fir-raba’ jum ipprovdut għan-nominazzjonijiet, l-ebda kandidatura ma ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali tal-membru parlamentari.
L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni se jsir fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, nhar it-Tlieta l-4 ta’ Jannar, 2022, mit-8:30 a.m ’il quddiem.