Monday, December 9, 2024

S’issa mhux magħrufa x’wassal biex fl-uffiċini tal-Aġenzija Sapport f’Għawdex ikun hemm daħna kbira

Aqra wkoll

B’referenza għal artiklu li ġie ppubblikat ilbieraħ, l-Aġenzija Sapport qalet li fl-ebda ħin ma kien hemm nirien, iżda kkonfermat li kien hemm daħna kbira fuq ġewwa tal-uffiċini.

S’issa mhux magħruf x’wassal biex fl-uffiċini kien hemm daħna kbir. Fuq il-post marru żewġ inġenji tat-tifi tan-nar kif ukoll ambulanza.

L-Aġenzija Sapport ridiet tikjwarifika li fuq ġewwa ma kienx hemm persuni b’diżabbilità, u dan jikkonferma r-rapport ta’ talk.mt li fl-ebda ħin ma semma li kien hemm xi klijenti fuq ġewwa.

L-istess Aġenzija kkonfermat ir-rapport ta’ dan is-sit li fuq ġewwa kien hemm membri tal-istaff li wara li raw id-daħna kbira fl-uffiċini huma ħarġu weħidhom mill-bini u ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Aktar kmieni: Ikkontrollati nirien fl-uffiċini tal-Aġenzija Sapport f’Għajnsielem

Kien għall-ħabta tal-5.30pm meta l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew informati li kien hemm xi nirien fl-uffiċini tal-Aġenzija Sapport f’Għajnsielem.

In-nirien li kien hemm ġew ikkontrollati fi ftit ħin filwaqt li l-persuni li kien hemm fuq ġewwa fil-ħin tal-każ irnexxielhom joħorġu weħidhom u ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-uffiċini jinsabu fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem eżatt ħdejn il-bini tal-Fondazzjoni Arka.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport