Thursday, December 26, 2024

S’issa mietu aktar minn 150,000 kawża tal-Covid-19 fil-Brażil

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 fil-Brażil issa qabeż il-150,000 persuna. Dan ħabbru l-ministru tas-saħħa tal-pajjiż. 

Il-Brażil għandu t-tieni l-ikbar numru ta’ mwiet kawża tal-Covid-19, u t-tielet l-iktar każi ta’ infezzjonijiet. Matul il-ġimgħa li għaddiet il-Brażil qabeż iċ-ċifra ta’ ħames miljun infezzjoni. 

Il-President tal-pajjiż, Jair Bolsonaro, kemm-il darba ġie akkużat li injora s-serjetà ta’ dan il-virus u saħansitra injora l-pariri tal-esperti mediċi biex jittieħdu miżuri stretti. Bolsonaro kien ħoloq kontroversja meta ta iktar prijorità lill-ekonomija u dan billi rrifjuta li jagħmel lockdown. Huwa saħansitra kien iddeskriva lill-Covid-19 bħala “influwenza żgħira”. Bolsonaro wettaq dan minkejja li huwa stess kien laqqat il-virus f’Lulju li għadda. 

Il-Brażil għandu l-ikbar numru ta’ mwiet fl-Amerika t’Isfel, bl-istat ta’ São Paulo jkun l-iktar milqut. It-tieni l-iktar pajjiż milqut fl-Amerika t’Isfel huwa l-Kolumbja fejn f’dan il-pajjiż 27,495 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li kien hemm ftit iktar minn 800,000 każ ta’ infezzjoni. 

Ekonomija

Sport