Saturday, December 28, 2024

Sistema ta’ stormwater culverts fiż-Żurrieq biex tittaffa l-problema tal-għarar

Dan se jkun qed iseħħ b'investiment ta' madwar €1 miljun

Aqra wkoll

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li se tiġi installata sistema ta’ stormwater culverts fiż-Żurrieq, permezz ta’ investiment ta’ madwar miljun ewro. Dan il-proġett se jkun qed jindirizza l-problema tal-għargħar fi Triq il-Bronja u ż-żoni tal-madwar.

Il-Ministru tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-proġett, hekk kif se jagħmel differenza kbira wkoll fit-toroq dojoq tal-akwata fejn ma jistgħux isiru bankini biex jiġu evitati każijiet fejn l-ilma tax-xita jidħol f’bini eżistenti.

Ritratt: Jason Borg

Is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima qalet li, “Waħda mill-problemi li għandna fiż-Żurrieq hi li meta tagħmel ix-xita jinżel l-ilma mill-inħawi ta’ Bubaqra u jibqa’ nieżel għall-pjazza. Permezz tas-sistema ta’ stormwater culverts li se tiġi installata, se tkun qed tittaffa l-problema tal-għargħar fil-qalba taż-Żurrieq”.

Ekonomija

Sport