Friday, December 27, 2024

Sistemi ta’ livell għoli biex jonqsu l-ħsejjes iġġenerati fit-trakka

Aqra wkoll

Il-proġett tat-trakka tal-karozzi f’Ħal Far, b’investiment ta’ €20 miljun, se jinkludi l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ livell għoli li se jgħinu biex ir-residenti tal-lokalitajiet fil-viċin ma jbatux minn inkonvenjenti relatati mal-ħsejjes li se jkunu ġġenerati mill-istess trakka. Fil-fatt, diġà saru l-istudji kollha neċessarji dwar il-ħoss u l-introduzzjoni ta’ dawn is-sistemi se jagħmlu din it-trakka waħda professjonali.

Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima li qal dan f’mistoqsija parlamentari fejn qal li t-trakka se tkun waħda ta’ livell internazzjonali mwettqa b’għaqal u b’konsultazzjoni sħiħa u kontinwa mal-istakeholders kollha u li minnha se jgawdi kulħadd.

“Il-pjanijiet għal din it-trakka ħadu fit-tul u saru b’ħafna ħsieb u anke konsultazzjoni. Fost oħrajn ridna li filwaqt li nwettqu din il-ħolma tad-dilettanti tal-motorsport f’Malta, il-proġett isir f’art li mhux f’żona ODZ. Din hi xi ħaġa li għamilnieha possibbli billi se naħdmu fuq art madwar il-postijiet fejn diġà ssir attività simili,” qal il-Ministru Grima. 

Huwa kompla jgħid li pjanti li saru fl-imgħoddi kienu wkoll skartati sabiex il-proġett jibqa’ ‘l bogħod mir-residenti kemm jista’ jkun. Fil-fatt, il-pjanti u d-disinn ta’ dan il-proġett saru minn esperti Ġermaniżi. 

Il-Ministru Grima spjega wkoll li l-miżuri biex jitnaqqsu l-ħsejjes (sound mitigation measures) mhumiex neċessarjament u esklussivament siġar biss, iżda dawn l-istess miżuri se jkunu qed iħarsu li jnaqqsu l-emissjonijiet diġà eżistenti. 

Ekonomija

Sport