Saturday, December 21, 2024

Siti pornografiċi se jkunu mitlubin jivverifikaw l-età ta’ min jużahom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Siti pornografiċi fl-Ingilterra se jkunu mitlubin bil-liġi biex jivverifikaw l-età ta’ dawk il-persuni li jidħlu jaċċessawhom. 

Din ir-riforma se tkun parti mill-abbozz ta’ liġi dwar is-sigurtà online bil-għan li tiżdied il-protezzjoni tal-minuri fejn jidħol materjal espliċitu.

Din il-miżura maħsuba biex tassigura l-età ta’ 18-il sena jew aktar ta’ dawk li jżuru dawn is-siti huwa mifhum li se tkun qiegħda titlob prova ta’ pussess ta’ karta ta’ kreditu jew konferma minn servizzi oħra terzi.

Siti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din il-miżura jistgħu jaffaċċjaw multa sa €10 fil-mija tad-dħul globali tagħhom.

Dan l-abbozz mistenni jiġi introdott fil-parlament fix-xhur li ġejjin u jidher li bosta huma dawk li qegħdin jilqgħu din l-aħbar b’pożittività.

Gruppi relatati mas-sigurtà tat-tfal ilhom isejħu biex l-età tiġi verifikata qabel persuna taċċessa dawn is-siti, minħabba biża’ li hija wisq faċli għall-minorenni li jaċċessaw dan il-materjal.

Miżuri simili kienu proposti fis-snin preċedenti iżda d-diskussjonijiet dwarhom kienu ntemmu mingħajr qbil lura fl-2019.

Skont studji li saru rriżulta li nofs it-tfal bejn il-11 u t-13-il sena, xi darba jew oħra kienu raw pornografija. Skont l-esperti li jaħdmu mat-tfal, il-pornografija tagħti dell ikrah dwar is-sess u l-kunsens tant li żżid ir-riskju li jiġu rrapurtati każi ta’ abbuż.

Ekonomija

Sport