Thursday, November 14, 2024

Sitt immigranti jmutu, fosthom tarbija ta’ sitt xhur, fl-ibħra fit-Tramuntana tal-Libja

Aqra wkoll

Sitt immigranti mietu wara li d-dgħajsa li kienu fuqha bdiet tegħreq fiċ-ċentru tal-Mediterran. Qalet dan il-grupp umanitarju Spanjol Open Arms.

Il-vapur ta’ Open Arms kien involut f’operazzjoni ta’ tiftix għad-dgħajsa li ħadet diversi sigħat qabel ma finalment illokalizzata f’ibħra internazzjonali fit-Tramuntana tal-kosta tal-Libja.

L-NGO qalet li kienet għadha kemm lestiet tqassam il-life vests u l-maskri lill-passiġġieri biex tibda tittrasferihom għal fuq il-vapur tagħha, meta d-dgħajsa nqasmet f’biċtejn bl-immigranti abbord jispiċċaw fil-baħar.

Fl-operazzjoni ta’ salvataġġ sussegwenti ġew salvati 111-il persuna, fosthom żewġt itrabi. fl-istess waqt irkupraw tliet katavri ta’ immigranti li kienu mietu. Sfortunatament waħda miet trabi, tifla ta’ sitt xhur, mietet ftit tal-ħin wara li ġiet salvata.

L-għarqa tad-dgħajsa tal-immigranti kien it-tieni inċident simili li seħħ din il-ġimgħa fl-ibħra fit-Tramuntana tal-Libja. Nhar it-Tlieta li għadda n-Nazzjonijiet Uniti qalet li kienu mietu 13-il immigrant ieħor, fosthom minuri.

l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni qalet li s’issa din is-sena mietu aktar minn 575 immigrant fiċ-ċentru tal-Mediterran waqt li kienu qed jaqsmu lejn l-Ewropa.

Ekonomija

Sport