Friday, September 26, 2025

Sitt irġiel u mara jeħlu xahar ħabs kull wieħed talli għexu ħajja ta’ vagabundaġġ u ttallbu fit-triq

Aqra wkoll

Sitt irġiel u mara tressqu l-Qorti fejn ammettew li għexu ħajja ta’ vagabundaġġ u ttallbu fit-triq u kien għalhekk li ġew ikkundannati xahar priġunerija 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Gabria Gatt u Matthew Attard spjegat lii l-akkużati Jason Mifsud, Ismail Farouk, Saahil Faysal Ibrahim, Yussuf Hussein Abdirahman, Roderick Brincat, Ali Ahmed u Claydianne Cassar ġew arresati fl-10 ta’ Settembru li għadda fil-Marsa.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella li pprosediet il-każ, huma wieġbu li huma ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. 

Il-Maġistrat Vella ordnat li s-sentenza tiġi notifikata lill-Ministru tal-Ġustizzja u lill-Kummissarju tal-Liġijiet bil-għan li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport