Mid-911-il swab test li saru f’dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm sitt persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Minn dawn il-każi kien hemm każ rikonduċibbli għal cluster li issa jlaħħaq id-19-il każ. Fl-istess waqt kien hemm ħames każi sporadiċi, b’erba’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-virus juru sintomi.
Intant kien hemm żewġ persuni li fiequ mill-virus.
B’dawk reġistrati fl-aħħar sigħat il-każi attivi issa jlaħħqu l-43 każ.