Sitt membri ġodda ġew eletti fil-Bord Eżekuttiv tal-Malta Football Association għall-istaġun 2022-23 waqt l-Assemblea Ġenerali. L-uffiċjali l-ġodda ġew nominati biex iservu fuqhom l-ogħla korp eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni mill-grupp rispettiv tagħhom.
Michael Valenzia se jimla s-siġġu ċedut minn Dione Borg bħala rappreżentanza tal- clubs tal-Premier League filwaqt li Joseph Gauci, Dr Peter Fenech u Matthew Naudi jieħdu post lil Godfrey Borg, Joe Sammut u Stefan Vella bħala t-tliet rappreżentanti tal-Challenge League.
Godfrey Borg se jżomm is-siġġu tiegħu fuq il-Bord Eżekuttiv, iżda, kif ġie nnominat għalih jirrappreżenta lin-National Amateur League, fejn se jkun qed jieħu dan ir-rwol mingħand Dr Cory Greenland.
Pio Vassallo qed jimla l-post li qabel kellu Mark Borg bħala r-rappreżentant tal-Futsal u l-Beach Soccer.
Introdott is-sena l-oħra bħala parti mir-riforma tal-istatut tal-Malta FA, il-Bord Eżekuttiv ħa post il-Bureau, il-Kunsill u l-Kumitat Eżekuttiv. Huwa jinkludi rappreżentanti mill-kategoriji tal-eko-sistema tal-football Malti, jiġifieri t-tliet diviżjonijiet ewlenin tal-kampjonat, il-Gozo FA, Youth FA, Malta Football Coaches Association, Malta Football Players Association, football tan-nisa, futsal u beach soccer u assoċjazzjonijiet membri li jirrappreżentaw il-football rikreattiv.
Il-president Bjorn Vassallo u l-viċi-presidenti Ludovico Micallef, Adrian Casha u Matthew Paris jirrappreżenta lill-Malta FA fuq il-Bord Eżekuttiv flimkien ma’ membri mingħajr vot Dr Angelo Chetcuti (Segretarju Ġenerali) u Ivan Mizzi (Teżorier).
Il-membri ordinarji l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għat-terminu 2021-2023 huma Jesmond Abela, David Abdilla, Lawrence Aquilina, Dr Samuel Azzopardi, Kenneth Costantino, Patrick Cutajar, Robert Camilleri, Victor Cassar, Carlo Mamo, Robert Micallef, Chris Grech, Stephanie Rocco, Claudio Martinelli u Francis Muscat.