Tuesday, December 24, 2024

Sitt miljun Ukren reġa’ għandhom provvista tal-elettriku

Aqra wkoll

L-Ukrajna ħadmet qatigħ sabiex jerġa’ jkollha l-provvisti tal-elettriku u tal-ilma.

Dan wara li matul il-jum tas-Sibt kawża tal-aħħar mewġa ta’ attakki mir-Russja bosta bliet sfaw fid-dlam fejn ġegħlet lin-nies isofru temperaturi taħt iż-żero mingħajr risorż ta’ sħana jew ilma.


L-Aġenzija France-Presse rrappurtat li l-President Volodymyr Zelenskiy qal li kien hemm problemi kontinwi bil-provvisti tas-sħana u l-ilma u “qtugħ fuq skala kbira” f’ħafna reġjuni.


Fl-indirizz tiegħu, Zelenskiy semma kif f’Kiev, il-metro li kienet waqfet taħdem, rat numru kbir ta’ nies imgeżwrin bil-kowtijiet tax-xitwa jfittxu l-kenn hemmhekk.

Is-sindku Vitali Klitschko qal li s-servizz reġa’ beda, filwaqt li l-provvista tal-ilma ġiet ukoll restawrata u 75% tal-popolazzjoni tal-belt, mill-ġdid kellha aċċess għar-riżors tas-sħana kontra t-temperaturi baxxi li qed jaħkmu l-pajjiż.

Il-fornitur Nazzjonali tal-Enerġija tal-Ukrajna, Ukrenergo kien impona qtugħ ta’ emerġenza b’reazzjoni għall-istrajks, u wissa li l-firxa tal-ħsara fit-tramuntana, fin-nofsinhar u fiċ-ċentru tal-pajjiż fisser li jista’ jieħu aktar żmien biex jiġu rrestawrati l-provvisti kawża tal-attakki preċedenti.


Is-sistema tal-enerġija tal-pajjiż qed tirkupra bil-mod il-mod.

Ekonomija

Sport