Friday, November 15, 2024

Sitt persuni jmutu f’inċidenti tat-traffiku fi tliet xhur 

Aqra wkoll

Matul it-tielet kwart tal-2022, l-inċidenti u d-diżgrazzji tat-traffiku fit-toroq żdiedu meta mqabbla mal-istess perijodu ta’ sena qabel. L-imwiet tat-traffiku fit-toroq ammontaw għal sitta.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, turi li n-numru ta ‘inċidenti tat-traffiku rrappurtati bejn Lulju u Settembru 2022 laħaq 4,062 li hu 2.1 fil-mija fuq l-istess perjodu fl-2021. 

Id-distrett tal-Port tat-Tramuntana irreġistra l-aktar inċidenti b’1,388 każ jew 34.2 fil-mija tal-inċidenti kollha.

Il-vittmi tat-traffiku fit-toroq żdiedu b’4.4 fil-mija għal 449 fuq l-istess perjodu fl-2021. 

Persuni midruba gravi kienu jammontaw għal 116, u kienu jikkonsistu f’61 sewwieq, 17-il passiġġier u 38 pedestrians/ċiklist/oħrajn. Il-ġrieħi li sofrew passiġġier wieħed u ħames persuni li kienu mexjin kienu fatali. Matul it-tliet xhur indikati, seħħew erba’ mwiet oħra meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2021.

71.6 fil-mija ta’ dawk li weġġgħu gravi kienu rġiel. Barra minn hekk, ħamsa mill-imwiet li seħħew matul dawk it-tliet xhur kienu jinvolvu rġiel filwaqt li fatalita oħra kienet tinvolvi mara. 34.7 fil-mija tad-diżgrazzji kienu jinvolvu persuni fl-età bejn is-26 u l-40.

L-akbar numru ta’ vittmi tat-traffiku fit-toroq kienu jinvolvu karozzi tal-passiġġieri, segwiti minn muturi u vetturi li jġorru l-merkanzija. 

Is-sitt imwiet li seħħew kienu jinkludu erba’ persuni mexjin li ntlaqtu minn vettura, vettura li ħabat fi proprjetà li qatlet passiġġier u persuna ieħor milqut minn vettura f’hit and run. 

Iċ-ċiklisti involuti f’inċidenti tat-traffiku ammontaw għal 13, fejn sebgħa sofrew ġrieħi ħfief u sitta l-oħra sofrew ġrieħi gravi. Id-diżgrazzji tat-traffiku fit-toroq li jirriżultaw minn inċidenti bejn vetturi kienu fuq nett tal-lista b’67.0 fil-mija tal-vittmi kollha tat-traffiku fit-toroq.

Ekonomija

Sport