Sitt persuni nqatlu u oħrajn indarbu wara li xarabank ħadet n-nar f’belt fil-punent tal-Iżvizzera. Skont il-puilizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm ħin lokali nhar it-Tlieta fiċ-ċentru magħruf bil-Franċiż bħala Chiètres fil-kanton ta’ Fribourg, madwar 20km bogħod mill-kapitali, Bern.
Il-kawża tan-nar għadha mhix magħrufa iżda għaddejja investigazzjoni dwar jekk inbedax apposta wara li kien hemm rapporti li persuna bexxet lilha nnifisha bil-pitrolju iżda l-awtoritajiet qalu li ma setgħux jikkonfermaw dan immedjatament.
Filmat ippubblikat mill-midja lokali juri xarabank jaqbad u resident lokali ddeskriva li ra ċappa ħoxna ta’ duħħan.
Ix-xarabank involut allegatament kien ivvjaġġa mill-muniċipalità ta’ Düdingen, 17km fin-nofsinhar ta’ Kerzers.
F’reazzjoni fuq il-pjattaforma diġitli X, il-President tal-Iżvizzera Guy Parmelin qal li kien ixxukkjat u mnikket li kien hemm nies li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident serju fl-Iżvizzera.
Dan il-każ ta nar li ħakem xarabank din il-ġimgħa jsegwi inċident ieħor li fiħ wieħed u erbgħin persuna kienu nqatlu f’nar fatali li faqqa’ f’resort tal-iski Żvizzeru lejlet l-Ewwel tas-Sena.

