Illum, għall-ħabta tat-3:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn double decker tat-tip Volvo u vettura Jaguar XF.
Il-Jaguar kienet misjuqa minn raġel ta’ 81 sena minn Ħaż-Żebbuġ u miegħu kellu anzjana ta’ 80 sena, ukoll minn Ħaż-Żebbuġ.
Id-double decker kienet misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Kenja li jgħix iż-Żurrieq u fiha kien hemm numru ta’ passiġġieri. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Ambulanzi ħadu ż-żewġ xufiera, l-anzjana kif ukoll tliet nisa li kienu fid-double decker, l-Isptar Mater Dei għallkura.
Aktar tard, il-mara ta’ 80 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji filwaqt li lkundizzjonijiet tal-persuni l-oħra għadhom pendenti.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Antione Agius Bonnici LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:Sitt persuni l-isptar wara ħabta bejn double decker u karozza Jaguar
Sitt persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura meħtieġa. Dan wara li għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq is-Salini seħħ inċident beјn double decker u karozza
Kelliem għall-Puliziјa kkonferma ma’ dan is-sit li l-impatt kien wieħed qawwi bid-double decker biex tevita l-Jaguar ġibdet għall-ġenb tat-triq u telgħet fuq il-bankina.
Hija kaxkret id-dwal tat-traffiku sakemm strieħet mal-ħajt bil-parti ta’ quddiem tad-double decker ġarrab ħsarat sostanzjali.