Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ta’ Għawdex wettqu rondi biex jinqabdu dawk li jkunu qegħdin jabbużaw waqt is-sewqan u fl-istess waqt ikunu protetti dawk li jkunu għaddejjin fl-istess toroq.
Dalgħodu, sitt persuni ġew immultati ftit anqas minn tnax-il elf ewro waqt seduta tat-traffiku fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex wara li nstabu ħatja li saqu taħt l-effett tal-alkoħol.
Wieħed mill-persuni nstab ħati ukoll li ma kellux polza tal-assigurazzjoni, u kellu l-liċenzja tat- traffiku sospiża għal sena.
Il-ħames persuni l-oħra kellhom l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur.
Numru ta’ persuni oħra se jkunu akkużati fit-Tribunal dwar kontravenzjonijiet varji.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci mid-Distrett ta’ Għawdex.