Thursday, January 1, 2026

Sitt sewwieqa jinqbadu jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol

...Il-Pulizija twettaq iżjed minn 30 roadcheck fl-ewwel lejl tas-sena

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, il-pulizija wettqet iżjed minn 30 roadcheck madwar Malta u Għawdex, fejn fihom twaqqfu ’l fuq minn 700 vettura.

Waqt dawn il-kontrolli ngħataw iżjed minn 100 taħrika u nħarġu wkoll 22 akkuża, filwaqt li saru numru ta’ breathylser tests, li minnhom 6 kienu pożittivi.

Grazzi għall-ħidma kollettiva tal-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-kooperazzjoni tal-pubbliku, l-ebda inċident tat-traffiku maġġuri ma ġie rrappurtat f’dan l-ewwel lejl tas-sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport