L-aħħar sitt snin kienu kkaraterizzati minn sfidi kbar globali; il-pandemija, gwerrer f’xifer l-Ewropa, li kollha ħallew impatt kbir fl-ekonomiji tal-pajjiżi. Iżda, għalina kienu wkoll sitt snin ta’ riżultati kbar.
Sitt snin li matulu pajjiżna kompla jfur bl-opportunitajiet ta’ xogħol. Sitt snin fejn rajna tkabbir ekonomiku mingħajr preċedent. U dan kollu kien possibbli għall-ħidma kontinwa u ffukkata u għal tmexxija b’saħħitha.
Għaddew sitt snin minn mindu Robert Abela assuma r-responsabbiltà ta’ Prim Ministru u Kap tal-PartitLaburista, sitt snin li fihom Malta kompliet tibniekonomija reżiljenti, moderna u mmexxija mill-kwalità, mhux mill-kwantità.
Meta Robert Abela ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’Jannartal-2020, Malta kienet fuq l-għatba ta’ waħda mill-akbar sfidi ekonomiċi globali fl-istorja moderna. Ftitġimgħat wara, id-dinja waqfet bil-pandemija tal-Covid 19. Kienu mumenti diffiċli li fihom bħalaGvern kellna nieħdu deċiżjonijiet li qatt ma tieħdu fl-istorja moderna ta’ pajjiżna. Riedna mhux biss nissalvagwardjaw s-saħħa tal-poplu tagħna, iżda wkoll nissalvagwardjaw l-impjiegi u n-negozji.
Illum sitt snin wara għandna r-risposta: b’dawk il-miżuri li ħadna mhux biss l-ekonomija ta’ pajjiżnama waqfitx iżda kompliet tikber. Għażlina triqdifferenti minn dik ta’ pajjiżi oħra, minflok politikata’ awsterita, għażilna politika li ninvestu fin-nies, fil-ħaddiema, fin-negozji. L-iskemi ta’ għajnuna bħalwage supplement, ma kinux sempliċiment miżuri ta’ emerġenza, imma deċiżjonijiet strateġiċi li salvaweluf ta’ impjiegi u żammew il-qalba tal-ekonomija ħajja.
Ir-riżultati tkellmu waħidhom. Malta rat tkabbir ekonomiku ogħla mill-medja Ewropea, rata ta’ qgħadfost l-aktar baxxi fl-UE u livell rekord ta’ niesjaħdmu.
It-tkabbir ekonomiku qed ikun ibbażat fuqproduttività ogħla u setturi ta’ valur għoli bħad-diġitali, il-finanzi, l-AI, l-iGaming, video game development, esports, il-manifattura avvanzata u s-servizzi marittimi u tal-avjazzjoni. Dawn huma l-istess setturi li matul is-sitt snin ta’ tmexxija ta’ Robert Abela komplew jissaħħu u jattirawinvestiment ta’ kwalità.
Illum għandna sitt elef impjieg full-time aktar fis-settur diġitali. Fl-informatika u l-komunikazzjonillum għandna aktar minn 14,000 impjegat bejn full-time u part-time, waqt li fil-gaming tlajna għal kważi19,000 karriera. F’termini t’ impjiegi full-time f’dawn iż-żewp setturi diġitali biss żdiedu sitt elefpersuna jaħdmu. Dan filwaqt li jeżistu mal-1,300 opportunita ta’ xogħol f’dawn iż-żewġ setturi biss li m’humiex mimlija.
Matul dawn is-sitt snin, komplejna fit-triq li konna diġà qbadna dik ta’ tkabbir ekonomiku, il-qgħad huwa fl-inqas livelli li qatt kien. Sena wara oħra komplejna nżidu l-pensjonijet tant li mill-2013 sal-lum il-pensjonijiet żdiedu bi €80 fil-ġimgħa. Żieda c-children’s allowance, naqqasna t-taxxa, investejna f’diversi għajnuniet biex ngħinu liż-żgħażagħ tagħna bħal miżuri tal-first time buyers.
Filwaqt li fl-istess ħin komplejna nattiraw investiment barrani ta’ kwalità.
Is-sena li għaddiet kienet sena rekord għall-investiment dirett barrani. Proġetti kbar bħal dak tal-ST Microelectronics fil-qasam tas-semiconductors, tkabbir f’kumpaniji oħra stabbiliti bħal Baxter u Trellerborg, kumpaniji ġodda fil-qasam tal-igaming. Qed ikomplu jwasslu għall-aktar impjiegi ta’ kwalità.
Din is-sena mistennija tkun sena oħra impjenattiva, sena li matulha ħa niedu Viżjoni Malta 2050. Viżjoni ċara, viżjoni ta’ pajjiż li qed iħares ’il quddiem b’kunfidenza lejn futur ta’ tkabbir sostenibbli, ibbażat fuq produttività, valur miżjud u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji Maltin.



