Minkejja li wieġbu mhux ħatja, tmien immigranti weħlu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li użaw dokumenti foloz. Tnejn oħra li huma minorenni ngħataw sentenza sospiża fuq l-istess akkużi.
L-etajiet tal-immigranti li jgħixu Ħal Far ivarjaw bejn is-16 u l-31 sena u huma mis-Sudan, mill-Eritrea u mis-Somalja.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frankie Sammut tenniet li dawn it-tip ta’ reati kontinwament qed jikbru u għaldaqstant talbet li tiġi kkunsidrata sentenza ta’ priġunerija.
L-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja deher għall-għaxar immigranti.