Mara ta’ 49 sena residenti l-Pietà kienet ikkundannata sitt xhur priġunerija wara li nstabet ħatja li tlajjat għall-prostituzzjoni.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li Daniela Tranchino wettqet dan ir-reat f’April tal-2017. Hija kienet mixlija wkoll li kisret ordni ta’ trattament impost fuqha fi Frar tal-2024 imma ma nstabitx ħatja.
Minbarra l-piena ta’ ħabs, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat ukoll sabiex Tranchino ssegwi ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ 18-il xahar, sabiex tingħata l-għajnuna għall-vizzju tad-droga.