Amir Bahadur Hassanloo ta’ ħamsa u tletin sena mill-Iran intbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li prova jidħol f’pajjiżna b’passaport falz.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif malli l-akkużat rifes l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, uffiċċjali fl-ajruport innutaw li d-dokument tal-imputat deher suspettuż, u wara li d-dokument ġie eżaminat, irriżulta li dan kien wieħed falz.
Spjegaw wkoll kif l-imputat ikkopera kompletament mal-Pulizija, tant li spjega minn fejn ġab il-passaport falz. Għaldaqstant il-prosekuzzjoni qablet mad-difiża li l-Qorti għandha tagħti s-sentenza minima.
Huwa ġie kkundannat sitt xhur priġunerija effettivi.