Friday, November 15, 2024

Sitt xhur ħabs wara li gidmet u tat daqqa ta’ sieq lil Surġent

Aqra wkoll

Mara ġiet ikkundannata sitt xhur wara li ammettiet li gidmet u tat daqqa ta’ sieq lil uffiċjali tal-pulizija fl-Għassa tar-Rabat, Għawdex.

Mihael Dolacioiu ta’ 29 sena mir-Rumanija tressqet fil-Qorti t’Għawdex mixlija li rreżistiet b’mod vjolenti lil Surġent tal-Pulizija, li kkaġunatlu ġrieħi ħfief, li kisret il-paċi pubblika u li kienet reċediva fost oħrajn.

Huwa mifhum li l-mara gidmet lill-uffiċjal u tatu daqqa ta’ sieq wara li intervjena biex iwaqqaf ġlieda f’Marsalforn kmieni l-Ħadd filgħodu.

L-imputata, assistita mill-Avukat Kevin Mompalao, wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha, bil-Maġistrat Brigitte Sultana tikkundannaha sitt xhur priġunerija u multa ta’ €4,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

1 kumment

  1. Niskanta kif nies bhal dan Salvu Mallia jitfa u jizra kemm jiflah mibgheda kontra persuna ghax huwa ministru laburista.Ara kontra min qed jaghmel u jipprezenta il programm ma qal xejn.Dan ghaliex salv ghax nazzjonalisti bhalek.

Comments are closed.

Sport