Saturday, November 23, 2024

Sitt xhur ħabs wara li pprova jitlaq lejn l-Italja b’dokument falz

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena mill-Pakistan intbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova jitlaq minn Malta lejn l-Italja b’dokument falz, ‘permesso di soggiorno’. 

Ihtisham Ihtisham, li f’Malta huwa residenti San Pawl il-Baħar, kien arrestat nhar it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tas-6.40 p.m. mill-Pulizija tal-Ajruport hekk kif kien qed jippjana biex imur fil-belt ta’ Venezja.

Għall-ewwel huwa kien ammetta biss l-akkuża ta’ falsifikazzjoni ta’ dokument u mhux li kellu fil-pussess tiegħu passaport u li ffalsifikah u dan għaliex skont id-difiża huwa ma kienx fil-pussess ta’ passaport, iżda ta’ dokument. 

L-Ispettur Lara Butters li ressqet lill-Pakistani qalet li l-liġi tinkludi dokumenti, passaporti u dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ permess ta’ żbarkazzjoni. Finalment l-akkużat ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih u ġie kundannat sitt xhur ħabs.   

L-Avukat Franco Dalli deher għal Ihtisham.

Sport