Monday, December 23, 2024

Sitt żagħżagħ jiddaħlu l-Isptar wara li ħabtu ma’ arblu f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-11.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku f’Ta’ Qali.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Toyota Tercel li kienet misjuq minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Siġġiewi ħabtet ma’ arblu. Fil-vettura kien hemm ukoll żewġ ġuvintur ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi, tfajla ta’ 18-il sena residenti Ħal Għaxaq u żewġ tfajliet oħra ta’ 16-il sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-assistenza. Permezz ta’ diversi ambulanzi, iż-żagħżagħ ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa.

Aktar tard, waħda mit-tfajliet ta’ 16-il sena u t-tfajla ta’ 18-il sena kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-kumplament taż-żagħżagħ qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport