Is-sitwazzjoni tal-attakkant veteran Ċilen Alexis Sanchez ma’ Olympique Marseille għadha xi ftit inċerta hekk kif għadu ma jafx hux se jġeddulu l-kuntratt tiegħu jew le. Id-diriġenza Franċiża jidher li qed toħodha bil-kalma kollha tant li l-ewwel akkwist li ġabu hu biss Geoffrey Kondogbia.
Sanchez jixtieq li jkollu aktar ċertezzi mill-klabb tiegħu fejn naturalment apparti tiġdid fil-kuntratt, ikun hemm ukoll titjib fis-salarju tiegħu.
Sanchez lagħab ukoll ma’ Barcellona, Inter u Udinese fil-passat.