Friday, December 27, 2024

Sitwazzjoni kontrollata wara nirien minn vettura f’garaxx f’San Pawl il-Baħar

Ħaddiem jingħata l-kura fil-post minħabba ġrieħi ħfief li sofra

Aqra wkoll

Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitlubin jassistu biex jikkontrollaw nirien li żviluppaw fi blokka ta’ appartamenti fl-inħawi tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Talk.mt li huma daħlilhom rapport ta’ nirien għall-ħabta ta’ 12:10 p.m fil-garaxx tal-binja li tinsab fi Triq San Geraldu.

Fil-post intbagħat tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu f’din l-operazzjoni li tinvolvi wkoll fl-evakwazjoni tar-residenti mill-blokka kollha li tinkludi numru ta’ apparatmenti.

Minnufih bdiet ħidma biex jiġu evakwati r-residenti fil-blokka u fortunatament huma nħarġu kollha mingħajr ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Dan is-sit jinsab infurmat li n-nirien żviluppaw minn vettura tal-għamla BMW li kien hemm fil-garaxx tal-komun. Jidher li xi ħaddiem kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq l-istess vettura meta għal xi raġuni din inħakmet minn nirien. Il-ħaddiem kien l-uniku persuni li ngħata attenzjoni medika fil-post, iżda jidher li huwa sofra biss minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija jinsabu għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom dwar il-każ.

Ekonomija

Sport