Friday, December 20, 2024

Skambju bejn Arsenal u Porto għal Pierre-Emerick Aubameyang u Mehdi Taremi?

Aqra wkoll

Arsenal jistgħu jsolvu l-problema tal-attakk tagħhom billi jibagħtu lil Pierre-Emerick Aubameyang ma’ Porto u bi skambju jilqgħu lil Mehdi Taremi fl-Emirates Stadium.

Il-Gunners tilfu l-firma ta’ Dusan Vlahovic li mistenni jingħaqad ma’ Juventus u se jkunu frustrati fl-insegwiment tagħhom lejn l-attakkant ta’ Real Madrid, Luka Jovic.

It-team immexxi minn Mikel Arteta hu maħsub li biddel l-attenzjoni tiegħu fuq Alexander Isak jew Dominic Calvert-Lewin minflok, iżda ftehimiet bħal dawn se jkunu diffiċli biex jintlaħqu f’Jannar.

Aubameyang ma lagħabx minuta waħda għal Arsenal minn meta tneħħa minn captain ix-xahar li għadda u huwa mistenni li jitlaq f’xi punt fl-2022, potenzjalment fl-aħħar ftit jiem tat-tieqa attwali.

Billi l-internazzjonali tal-Gabon mhux maħsub li hu ħerqan biex jiċċaqlaq lejn l-Arabja Sawdija, l-intermedjarji bdew jaħdmu fuq ftehim li jara lil Aubameyang u Taremi jimxu f’direzzjonijiet opposti b’self.

L-internazzjonali Iranjan ikun miftuħ għal ċaqliq lejn it-Tramuntana ta’ Londra, iżda Porto jistennew li l-Gunners iħallsu parti kbira mill-pagi tiegħu matul iż-żmien tiegħu fil-Premier League.

Taremi skorja 11-il goal u pprovda seba’ assists fi 19-il dehra tal-Primeira Liga dan l-istaġun, u l-player ta’ 29 sena huwa rrappurtat li għandu klawsola ta’ release ta’ €60m fil-kuntratt tiegħu ma’ Porto.

Ekonomija

Sport