Il-kampjonat tal-Bolivja se jkollu jieqaf wara li skandlu partikolari effettwa sew uħud mill-partiti li jintlagħbu f’dan il-pajjiż.
Il-president tal-federazzjoni Bolivjana Fernando Costa għamel rapport quddiem il-pulizija tal-pajjiż fuq sensiela ta’ imħatri u logħbiet mimsusa li ntlagħbu f’dawn l-aħħar ġimgħat. Hekk kif il-kampjonat jidher li mhux se jkompli, l-idea tal-federazzjoni hi issa li jintlagħab turnew u eventwalment jiġi dikjarat rebbieħ tal-istaġun.
Il-pulizija jidher li għandha fuqha provi sostanzjali biex tibda tressaq xi diriġenti ta’ timijiet il-qorti.