L-isport tal-isparar Malti, f’dan il-Logħob, temm fuq nota pożittiva hekk kif Clive Farrugia rebaħ il-midalja tad-deheb filwaqt li Marcello Attard rebaħ dik tal-fidda.
Din il-kompetizzjoni tkompliet il-bieraħ bir-raba’ round fejn imbagħad sar dak finali fejn b’kollox Farrugia laqat 51 filwaqt li Attard laqat tnejn inqas … wara shoot-off.
Il-midalja tal-bronż intrebħet mit-tiratur Ċiprijott, Nicolas Vasiliou, li laqat 40 plattin.