Skeletru intatt u biċċiet tal-fuħħar instabu waqt skavar ta’ qabar Puniku f’Ħal Għaxaq. Dan tħabbar mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali.
Il-qabar maqtugħ fil-blat instab waqt moniteraġġ arkeoloġiku li kien qed isir fuq art li fuqha se jsir żvilupp. L-art ink kwistjoni tinsab viċin ta’ oqbra oħrajn li kienu nstabu fis-snin disgħin matul Triq Tal-Barrani, bejn Ħal Għaxaq u ż-Żejtun.
Il-qabar li nstab issiġillat b’ġebla, jikkonsisti f’xaft maqtugħ fil-blat u kamra.