Thursday, November 14, 2024

Skiet totali minn numru ta’ mexxejja dinjin fil-konfront tal-President-Elett Joe Biden

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Kyle Vidal

Is-Sibt, Joe Biden u Kamala Harris, kienu ddikjarati President-Elett u Viċi-President Elett rispettivament tal-Istati Uniti. Kif kien previst, il-President uxxenti, Donald Trump ma’ laqgħax ir-riżultat tat-telfa, tant li se jkun qed jimbotta ‘l quddiem numru ta’ kawżi legali fil-konfront ta’ numru ta’ Stati. Dan għaliex, skontu, matul l-elezzjoni presidenzjali kien hemm allegatement “frodi ta’ voti.” 

Jissapportjaw lil Trump f’din id-deċiżjoni hemm numru ta’ mexxejja dinjin li għadhom ma awgurawx lill-President-Elett Joe Biden. Dan ifisser li dawn il-mexxejja mhumiex jirrikonoxxu lil Joe Biden bħala l-President-Elett Amerikan. Bla dubju dan l-aġir jqajjem numru ta’ mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni ħolistika u futura tal-Istati Uniti ma’ dawn il-pajjiżi.

Uħud mill-pajjiżi li għadhom ma rrikonoxxewx lil Joe Biden huma r-Russja, immexxija minn Vladimir Putin, il-Brażil, immexxija minn Jair Bolsonaro, it-Turkija, immexxija minn Recep Tayyip Erdogan, iċ-Ċina, immexxija minn Xi Jinping  u l-Messiku, immexxija minn Andrés Manuel López Obrador. Numru ta’ kelliema f’isem it-tmexxijiet rispettivi ta’ dawn il-pajjiżi qalu li se jkunu qed jistennew l-eżodu tal-kawżi legali qabel ma’ joħorġu l-id ta’ ħbiberija lill-President-Elett Joe Biden. Indubjament, dan l-atteġjament jista’ joħloq ċerta nstabbilità politika fix-xena politika dinjija. 

Wieħed ta’ min jinnota li l-Prim Ministru Indjan Narendra Modi, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban u l-Prim Ministru tal-Filippini Rodrigo Duterte, li ssimpatizzaw mat-tmexxija ta’ Donald Trump diġà awguraw lill-President-Elett Joe Biden. 

Ekonomija

Sport