Friday, December 20, 2024

Skola antika f’Ħal Tarxien terġa’ tieħu l-ħajja

Aqra wkoll

Binja antika li kienet isservi ta’ skola snin ilu f’Ħal Tarxien u li ilha għal dawn l-aħħar snin vojta ma tintużax se terġa’ tieħu l-ħajja hekk kif ammont ta’ studenti mill-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq se jintbagħtu fiha billi l-iskola proprja li normalment jattendu fiha qed isirilha xogħol estensiv ta’ manutenzjoni. Il-bqija tal-istudenti se jintbagħtu temporanjament fl-iskola ta’ Ħal Safi. Dan se jkun għal din is-sena skolastika sakemm jitlesta x-xogħol li qed isir fl-iskola ta’ Ħal Għaxaq b’investiment ta’ €4 miljun. 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima ħabbar dan waqt żjara li għamel fil-binja l-antika f’Ħal Tarxien fejn segwa x-xogħlijiet saru biex din tiffunzjona bħala skola, bl-istudenti mistennija jidħlu fiha minn għada l-Erbgħa, il-bidu tas-sena skolastika. 

Huwa kellu wkoll l-opportunità jitkellem mal-għalliema li se jkunu qed iservu f’din l-iskola, u li bħalissa għaddejjin b’jumejn ta’ laqgħat qabel jibdew bil-lezzjonijiet. Il-proċess ta’ trasferiment sar b’mod li ma jiddisturbax lill-istudenti fil-ħinijiet u fil-kors tat-tagħlim.

Ekonomija

Sport