Hekk kif fl-aħħar sigħat bdew jitqassmu r-riżultati tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena, reazzjonijiet imħallta jibdew jiċċirkolaw fil-midja u l-kummenti ma jonqsux.
Filwaqt li f’dan il-perjodu jkollok studenti qegħdin jiċċelebraw is-suċċessi tagħhom, oħrajn ikunu qegħdin jibku xortihom minħabba li ma jkunux kisbu r-riżultati li xtaqu.
L-iskola Primarja fir-Rabat Għawdex magħrufa bħala l-Happy School f’dawn l-aħħar snin għażlet li wara li jiġu reġistrati l-marki kollha, il-karti ma jitħallewx fuq l-ixkafef mingħajr użu. L-iskola tagħżel li tqassam il-karti lill-ġenituri tal-istudenti biex dawn ikunu jistgħu jirrevedu u jiddiskutu fejn saru l-iżbalji u ntilfu l-marki biex uliedhom ikunu jistgħu jtejbu l-livell edukattiv tagħhom.