Friday, October 18, 2024

Skond Gullit … De Ligt u Haaland imisshom jingħaqdu ma’ Bayern u Liverpool rispettivament

Aqra wkoll

Il-player leġġendarju ta’ Feyenoord, PSV, Milan, Sampdoria u Chelsea, Ruud Gullit, jemmen li d-difensur ta’ Juventus, Matthijs de Ligt, jgħin lil Bayern Munich u jsostni li Erling Haaland (ritratt) għandu jingħaqad ma’ Liverpool.

Bayern Munich u Chelsea huma fost il-clubs interessati li jiffirmaw lil De Ligt. Il-kuntratt tad-difensur Olandiż fl-Allianz Stadium jiskadi f’Ġunju 2024 u se jkollu klawsola ta’ rilaxx ta’ €125m inkluża fil-kuntratt tiegħu li jibda mis-sajf li ġej.

Juventus qed jippruvaw ibaxxu l-kont tal-pagi tagħhom u jista’ jkollhom bżonn ibiegħuh jekk ma jaffordjawx salarju ogħla għall-player ta’ 22 sena.

“Matthijs tgħallem ħafna ma’ Juventus u jista’ jagħti kontribut tajjeb ħafna lil Ba­yern,” qal Gullit.

L-eks stilla Olandiż qasam ukoll ħsibi­jietu dwar Erling Haaland, li fis-sajf mistenni jħalli lil Borussia Dortmund.

L-aqwa clubs fid-dinja ġew imsemmija biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu u Gullit jemmen li għandu jagħżel lil Liverpool ta’ Jurgen Klopp.

“Narah fl-Ingilterra, iżda naħseb li mhux se jmur ma’ Manchester United. Is-City ikunu tajbin għalih minħabba Pep Guar­diola,” qal l-ex player tal-Olanda ta’ 59 sena.

“Iżda Jurgen Klopp u Liverpool ikunu tajbin ukoll. Dak li għamel Jurgen ma’ dan il-club huwa inkredibbli. Sempliċiment trid tħobbu meta hu dejjem bil-għatx.

“Dak jgħodd għal Haaland. Fi Spanja, Real Madrid biss huma għażla. Dawn huma t-tliet clubs li se jkunu fit-taqtiegħa għal Erling.”

Sport